Tuesday, February 19, 2008

Smart Women

Il-bieraħ attendejt għall-inawgurazzjoni tal-programm Smart Women iffinanzjat mill-Ministeru għall-Investiment , Industrija u Teknologija flimkien mal-Microsoft Corporation, bl-appoġġ ukoll tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa. Dan il-programm Smart Women ser joffri taħrig fl-użu tal-komputer (ITC) li jkopri mill-livell bażiku sa livell avvanzat u Ii jwassal għal ċertifikati mill-Microsoft rikonoxxuti internazzjonalment. Dan it-taħrig ser ikun mingħajr ħlas. Waqt dawn il-korsijiet ser jiġi provdut servizz ta’ ħarsien għat-tfal żgħar. Applikazzjonijiet jintlaqgħu sal-28 ta’ Marzu mill-Maltapost jew mill-website http://www.thesmartisland.gov.mt/ .

It-teknoloġija tal-informatika (ITC) saret parti essenzjali mid-dinja tax-xogħol. Il-kompjuter sab postu tista’ tgħid f’kull settur - f’uffiċini, f’negozju, fil-fabriki. Dan l-iżvilupp li issa’ ilu għaddej għal diversi snin f’pajjiżna qed joħloq ħafna postijiet tax-xogħol. L-investiment qed joħloq domanda għal ħaddiema mħarrġa fl-ITC. Hu essenzjali, li aħna n-nisa nitħarrġu fl-ITC sabiex naħtfu dawn l-opportunitajiet tax-xogħol.

Il-programm Smart City hu intiz ukoll għan-nisa li jibqgħu d-dar għaliex l-użu tal-kompjuter jgħinhom jikkomunikaw mal-familjari u ħbieb tagħhom, jiffaċilita ħajjithom meta jiġu biex iħallsu kontijiet u jordnaw ix-xirja on line, jgħinhom fl-għajnuna li jagħtu lit-tfal waqt l-istudju tagħhom u jiprovdilhom minjiera ta’ informazzjoni.

Smart City hija ħolqa waħda minn katina ta’ skemi offruti mill-Gvern biex jitkompli tixterred it-teknoloġija f’pajjizna - sussidji għax-xiri ta’ kompjuters ġodda, servizz ta’ Broadband internet għall €3 fix-xahar, u kompjuters rikondizzjonati li jinbiegħu bi prezzijiet sussidjati għal familji żvantaggati.

Xi snin ilu, jien ukoll ħassejt il-bżonn li nitgħallem nuża l-kompjuter sabiex nikommunika mat-tifel li kien qed jistudja barra minn Malta. Issa nista ngħid li drajt mhux ħazin u kuljum nużah fix-xoghol tiegħi mid-dar.

Ninkoraġixxi lin-nisa jisfruttaw din l-opportunita` permezz tal-programm Smart Women.

Tislijiet

Kate :)